Lokali

Fl-2015 kull persuna remiet 620kg ta’ skart

Kull persuna fl-2015 kienet qed tarmi mas-620 kilogramma ta’ skart domestiku, jiġifieri aktar minn kilo u nofs ta’ skart kuljum għal kull persuna.

Filfatt, skont statistika maħruġa mill-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta (NSO), sentejn ilu l-iskart domestiku f’Malta kien jammonta għal xejn anqas minn 269,316-il tunellata. Dan ifisser li l-iskart domestiku fl-2015 żdied b’5.1% mis-sena ta’ qabel. Din iż-żieda hi l-akbar żieda rreġistrata mill-2011.

L-istqarrija tal-NSO tgħid ukoll li filwaqt li kien 67.9% tal-iskart kien dak mormi fil-borża s-sewda, 15.8% l-oħra kien skart mormi fil-borża griża.

92.8% tal-iskart domestiku ntrema fil-landfill ta’ l-Għallis iżda ftit anqas minn 7% hu skart riċiklat. 57.6% tal-iskart riċiklat kien karti u kartun.