Kurżitajiet

Il-ħalib tal-wirdien huwa tajjeb għas-saħħa tal-bniedem

Grupp ta’ xjentisti sabu li l-ħalib tal-wirdien huwa tajjeb għas-saħħa tal-bniedem. Dan ġie skopert meta ttieħdu xi kristalli, mill-ħalib ta’ tip ta’ wirdiena (Pacific Beetle Cockroach), biex jistudjawhom u jsiru jafu n-nutrizzjoni tagħhom. Minn dan l-istudju rriżulta li din il-formula tikkonsisti f’taħlit ta’ proteini, xaħam u zokkor.

Il-likwidu li jipproduċi dan l-insett huwa forma ta’ kristall tal-proteina u jinstab fl-imsaren tal-wirdien li jkunu għadhom trabi.  Dawn il-kristalli huma bħal ħalib għat-trabi tal-wirdien, li huma importanti biex jikbru u jiżviluppaw. Il-likwidu jiswa madwar erba’ darbiet daqs kemm jiswa l-ħalib tal-baqar.