Lokali

Jinqabdu aktar minn 21kg ta’ kokaina u 3,700 pillola ecstacy mill-Pulizija

Jinqabdu aktar minn 36 miljun pillola Tramadol mill-Pulizija qabel ma ntużaw b’mod illegali. Apparti minn hekk il-Pulizija kkonfiskaw ukoll ammont kbir ta’ kannabis li jinvolvu xejn anqas minn 108kg ta’ reżina, kilogramma ħaxixa, 88 pjanta, 73 sigarett u 8 żerrigħat.

Fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari, il-Ministru Carmelo Abela qal ukoll li l-Pulizija rnexxiela taqbad 21kg ta’ kokaina, 303g ta’ eroina u aktar minn 3,700 pillola ecstacy.

Apparti dawn kollha, ġew ikkonfiskati wkoll mal-520g ta’ kimika apposta biex titħallat mad-droga.