Madwar 700 immigranti assedjaw fence tas-sigurtà għoli madwar sitt metri u li qed jissepara lill-Marokk mit-territorju Spanjol ta’ Ceuta, fl-Afrika ta’ Fuq. Intant, mijiet minn dawn l-immigranti – li wħud kienu qed iġorru l-injam bħal-lembubi — irnexxielhom jaqsmu lejn it-territorju ta’ Spanja inkwistjoni.
Il-kameras tas-sigurtà urew lill-immigranti għaddejjin ‘minn ġo grada fil-fence’, bil-gvern reġjonali ta’ Ceuta jsostni, aktar tard, li kważi 500 irnexxielhom fit-tentattiv.
It-territorji ta’ Ceuta u Melilla ( zona oħra ta’ Spanja fl-Afrika ta’ Fuq) għandhom l-uniċi fruntieri tal-art tal-Unjoni Ewropea mal-Afrika. B’riżultat ta’ dan, Ceuta u Melilla jibqgħu zoni ta’ aċċess popolari għall-immigranti li joħolmu dwar ħajja ġdida fl-Ewropa.
Intant, hi proprja l-medda ta’ Ġibiltà li qed tissepara Ceuta mill-bqija ta’ Spanja.
L-aħħar rapporti qalu li sfaw midruba almenu żewġ immigranti fost il-mijiet li sfurzaw ‘il ġewwa lejn it-territorju Spanjol, bi 11 il-pulizija Spanjoli jweġġgħu ukoll waqt l-assalt.
Hu minnu li ħafna li pruvaw jgħaddu mill-fence intefgħu lura mill-qawwiet tas-sigurtà Marokkini, iżda l-għexieren tal-immigranti li rnexxew fit-tentattiv ħarġu jiċċelebraw fit-toroq, bil-bnadar tal-Ewropa mdawwrin magħhom u fost għajjat ta’ ‘libertà’.
//= $special ?>