Internazzjonali

Militanti maqtula waqt sigurtà intensiva fil-Pakistan

Il-qawwiet fil-Pakistan qatlu għexieren ta’ militanti waqt impenn għaż-żamma tas-sigurtà li segwa attakk qattiel fuq santwarju li kien ħalla almenu 80 mejtin, inklużi tfal, flimkien ma’ numru kbir ta’ midruba.

Xi ammonti ta’ militanti sfaw maqtula fil-provinċja ta’ Sindh, lejn in-Nofsinar, u fejn jinsab is-santwarju inkwistjoni. Sadanittant, il-qawwiet Pakistani komplew bil-kampanja tas-sigurtà f’numru ta’ zoni oħrajn lejn il-majjistral tal-pajjiż.

Il-Gvern provinċjali ta’ Sindh ħabbar tlett ijiem ta’ luttu wara l-attakk suwiċida, li seħħ fil-lejl tal-Ħamis, meta aggressur suwiċida tajjar l-isplussivi li kien qed iġorr fuqu waqt li fis-santwarju inkwistjoni, fil-belt ta’ Sehwan. Dak il-ħin is-santwarju kien ippakkjat b’Musulmani ta’ nisel Sufi u l-istraġi umana kienet kbira, bl-awtoritajiet, aktar tard, jikkonfermaw mijiet ta’ midruba.

Kelliema għall-grupp ISIS ħadu responsabbiltà għal dan l-attakk li jidher kien l-aħħar f’sensiela ta’ splużjonijiet tipiċi li qed iwettqu s-sostenituri ta’ dik l-entità terroristika. Fil-preżent qed isiru l-funerali tal-vittmi fl-inħawi ta’ Sindh, bil-Prim Ministru tal-Pakistan, Nawaz Sharif, ikun fost l-ewwel li ħarġu jikkundannaw id-dmija fis-santwarju, fost il-wiegħdiet li se ssir il-ġustizzja ma dawk kollha responsabbli.