Il-pittura ta’ ‘Judith and Holofernes’ li tifforma parti mill-kollezzjoni nazzjonali ta’ Heritage Malta se tkun esebita fil-Mużew tal-arti Louvre f’Pariġi. Is-self ta’ din il-pittura hi waħda eċċezzjonali li madanakollu mhux l-ewwel darba sselfet għall-wirjiet oħra li kienu ddedikati lil artisti Franċiżi oħra li segwew ix-xogħol ta’ Caravaggio.
Il-pittura Maltija se tkun parti mill-wirja ‘Valentin de Buologne: Beyond Caravaggio’. Valentin de Buologne kien forst l-aħjar artisti wara l-mewt ta’ Caravaggio.
//= $special ?>