Ċittadin mill-Korea ta’ Fuq kien arrestat b’rabta mal-qtil ta’ Kim Jong-nam, ħu d-dittatur tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un.
Din hi l-ewwel darba li l-Pulizija fil-Malasja arrestaw raġel b’rabta ma’ dan il-qtil li seħħ ftit ġranet ilu. Il-qtil aktarx seħħ permezz ta’ avellenament fl-ajruport ta’ Kuala Lumpur.
Il-Pulizija f’Kuala Lumpur diġà qed iżżomm mara mill-Indoneżja, raġel mill-Malasja u mara b’passaport mill-Vjetnam. Ir-raġel Korean kien identifikat bħala Ri Jong Chol ta’ 46 sena. Kim min-naħa tiegħu kien qed jivvjaġġa b’passaport falz taħt l-siem ta’ Kim Chol. Hu kien sejjer lejn Macau fejn kien igħix fl-eżilju.
Waħda min-nisa arrestati, dik mill-Indoneżja u li ġiet identifikata bħala Siti Aisyah, qalet lill-Pulizija li hi marret fuq Kim għaliex kienet tħallset biex tagħmel ċajta fuq persuna li ma kenitx taf. Ir-raġel Malasjan jingħad li hu l-għarus tagħha.