Lokali Turiżmu

Ħsara fis-sistema tar-riservazzjonijiet tolqot ukoll lill-Air Malta

Ħsara fis-sistema tar-riservazzjonijiet fl-industrija tal-ivjaġġar bl-ajru qed tolqot ukoll lill-Air Malta. Is-sistemi Sabre li jintużaw minn aktaer minjn 400 linja tal-ajru mad-dinja kollha kkonfermaw il-ħsara kmieni l-bieraħ filgħodu.

Fi stqarrija l-Air Malta qalet lui madankollu l-operat tagħha ta’ titjiriet ma kienx effetwat b’din il-ħsara.

L-Air Malta qalet li kienet f’kuntatt kontinwu ma Sabre biex kemm jista’ jkun tnaqqas l-inkonvenjet lill-passiġġieri.

Fl-istqarrija l-Air Malta qalet li jiddispjaċiha għal kull inkonvenjent lill-klijenti tragħhaq minħabba ċirkostanzi li ma kellhiex kontroll fuqhom u għalhekk kienet qed iżżid ir-riżorsi tagħha fil-call centre li jista’ jiġi ikkuntattjat fuq in-numru tat-telefon 21662211.

Il-call centre kien qed jieħu l-mistoqsijiet kollha u se jinforma lill-passiġġieri kollha malli s-sistema tiġi għan-normal.