Internazzjonali

Jeħel il-ħabs fuq frodi r-raġel tal-Prinċipessa Spanjola

Il-Prinċipessa ta’ Spanja Cristina, oħt ir-re ma nstabitx ħatja fuq frodi ta’ taxxa.

Għalkemm ma nstabitx ħatja hija trid tħallas multa ta’ €265,000 talli gawdiet minn ġid li ġie akkwistat b’mod illegali. Dan hekk kif żewġha Iñaki Urdangarí nstab ħati li uża r-rabtiet familjari rjali biex jieħu flus għan-negozju, li uża għalih. Huwa ntbagħat sitt snin u tliet xhur ħabs.

Fl-2015, ir-Re Filipe kien neħħiehom minn Dukessa u Duka ta’ Mallorca. Magħhom instab ħati wkoll l-eks Ministru Juame Matas li ntbagħat tliet snin u tmien xhur ħabs.