Lokali Saħħa

Nuqqas ta’ labar tal-insulina tad-dijabete

Persuni bid-dijabete jinsabu inkwetati hekk kif jirriżulta li bħalissa, il-labar tal-insulina jinsabu out-of-stock.
Rapport ippubblikat fil-gazzetta Times of Malta jikkonferma li l-labar tal-insulina tat-tmien millimetri jinsabu out-of-stock, tant li l-pazjenti qed ikollhom jużaw labar tat-tfal. Dan peress li l-kaxxi tal-labar tal-insulina, jekk wieħed jixtrihom privat, jiswew ħafna flus.

Imma l-Ministeru ta’ Chris Fearne, skont The Times, qed jiċħad li dawn il-labar huma out-of-stock. Dan minkejja li skont dak rappurtat, minn dawn il-labar ma fadalx la fl-ispiżerija tal-isptar Mater Dei u l-anqas fl-ispiżeriji tal-Pharmacy Of Your Choice.

Il-problema tan-nuqqas ta’ labar tal-insulini taffettwa lil ħafna nies. Filfatt, f’Malta hawn aktar minn 10% jbatu bid-dijabete.

Intant, persuni oħra li għamlu kuntatt ma’ NET News żiedu li anke l-labar tal-ħames millimetri u tal-għaxar millimetri jinsabu out-of-stock. Persuni midħla tal-Ministeru tas-Saħħa qalulna li sitwazzjoni oħra li saret komuni b’Chris Fearne fit-tmexxija tal-Ministeru tas-Saħħa hi li l-mediċini jinħarġu xahar biss qabel ma jiskadu.