Lokali

Aġġornata: Żagħżugħ t’20 sena jindarab f’inċident tat-traffiku fil-Floriana

Żewġ żgħażagħ ta’ 20 sena mill-Mosta kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija ħdejn Bieb il-Bombi fil-Floriana. Ix-xuffier sofra feriti ħfief.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq Nazzjonali meta għal xi raġuni x-xuffier tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’siġra wara li baqa’ tiela fuq il-bankina. Huwa kien qed isuq fid-direzzjoni mill-Ħamrun għall-Floriana.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili li ħadu aktar minn tliet kwarti biex ħarġu lix-xuffier mill-karozza. Il-passiġġiera tfajla fl-istess karozza ħelsitha ħafif iżda qed issofri minn qatgħa kbira.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.