In-nies fl-Istat Amerikan ta’ Kalifornja qed jikkalkulaw l-effetti ta’ maltempata qalila mlaqqma ‘bombogenesis’ jew ‘weather bomb’ li ħalliet mewt u straġi fin-nofsinar ta’ Kalifornja. Dan meta l-maltemp kien qed javvanza lejn it-tramuntana ta’ dan l-istat.
L-hekk-imsejjaħ ‘weather bomb’, fi tmiem il-ġimgħa, ikkaġuna xita qliel, għargħar għall-għarrieda u valangi tat-tajn li rriżultaw f’talanqas ħames mejtin. Il-meteoroloġisti qalu li l-maltempata kienet l-agħar li laqtet lil Kalifornja għal snin, bl-awtoritajiet, iwissu lir-residenti fl-ibnadi tat-Tramuntana – inkluża San Francisco – ‘biex jistennew aktar xita qawwija’.
Kien hemm każ partikulari f’Los Angeles fejn żewġ karozzi baqgħu neżlin ġo ħofra fl-art, magħrufa bħala sinkhole, li nfetħet f’daqqa waqt l-eqqel tal-maltemp. Intant, il-parti kbira tal-vittmi li tilfu ħajjithom waqt l-agħar elementi kienu għaddejjin bil-karozzi tagħhom; bl-inċidenti qattiela rispettivi jseħħu f’zoni ta’ Los Angeles, fil-belt ta’ Victorville, f’Ventura County u fiz-zona ta’ San Diego.
//= $special ?>