L-attriċi Amerikana, Angelina Jolie, qed tittama li l-film ġdid bl-isem First They Killed My Father, li dderiġiet hi stess, jgħin lill-poplu tal-Kambodja biex jitkellem b’mod aktar miftuħ dwar it-trawma tal-ġenoċidju tas-snin sebgħin li seħħ f’pajjiżhom taħt ir-reġim tal-Khmer Rouge mmexxi mill-eksdittatur Pol Pot.
Hu stmat li maż-żewġ miljuni (xi kwart tal-popolazzjoni tal-Kambodja) inqatlu mir-reġim jew mietu b’effett tal-ġuħ jew xogħol sfurzat taħt ir-reġim ta’ Pol Pot. Intant, il-film ta’ Jolie jibbaża fuq rakkont veru tal-ġenoċidju u l-massakri tal-Khmer kif segwiti mill-għajnejn ta’ tifel.
Angelina Jolie, li hi anki rappreżentant speċjali tal-Aġenzija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti, marret fil-Kambodja għall-premiere ta’ dan il-film ġdid kommoventi u, waqt intervista, qalet li żjara li hi kienet għamlet snin ilu f’dan il-pajjiż fetħitilha għajnejha waħda sewwa dwar l-istorja tal-Kambodjani.
Jolie qed issostni wkoll li d-dinja għadha ma fehmietx dak li għaddew minnu l-Kambodjani għexieren ta’ snin ilu.
//= $special ?>