Ebda audits ma jieħdu post l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-FIAU – l-aġenzija li tinvestiga l-frodi u l-ħasil ta’ flus. Il-poplu Malti u Għawdxi mhux audits li ma jfissru xejn iridu jaraw, iżda x’ġara mill-investigazzjoni tal-FIAU u x’passi se tieħu l-Pulizija kontra ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi. Hekk sahaq il-Partit Nazzjonalista b’reazzjoni ghall-publikazzjoni tal-audits tal-Ministru Konrad Mizzi u ta’ Keith Schembri.
Il-Partit Nazzjonalista qal li ebda audits ma jiggustifikaw il-pjan korrott li kellhom Keith Schembri, Konrad Mizzi u s-sid ta’ Egrant li fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama biex fihom, kif weghdu huma stess, ipoġġu miljun ewro fis-sena ġejjin mill-commissions. Dawn il-kumpaniji sigrieti bdew jinfethu hamest ijiem wara l-elezzjoni generali li ghaddiet.
L-ahhar gideb minn naħa tal-klikka korrotta ta’ Kastilja tpoġġi aktar pressjoni fuq il-Prim Ministru biex jassigura li jittieħdu l-passi kollha li l-FIAU insistiet li jittieħdu kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi.
U fi stqarrija oħra l-Partit Nazzjonalista qal li s-sid ta’ Egrant hu giddieb, u giddieb bil-provi. Saħaq li l-klikka korrotta ta’ Kastilja pruvat fuq li pruvat biex tiffabrika gidba dwar it-tielet kumpanija sigrieta fil-Panama, iżda reġgħet falliet. Tant li ħadd f’pajjiżna m’għadu jemminha.
Tant kemm qed imissu l-qiegħ, li issa spiċċaw igiddbu lil xulxin: wieħed jgħid li Egrant hi tiegġu, ieġor jgħid li ma jridx ikollu x’jaqsam ma’ Egrant, u ieħor jgħid li l-isem tant hu importanti aktar minn Keith Schembri u Konrad Mizzi, li ma jistax jiktbu u jrid jgħaddih bi Skype. Il-veru sid ta’ Egrant regà nqabad jigdeb. Il-poplu Malti u Għawdxi xeba’ b’din il-korruzzjoni, b’dan il-gideb u b’dan is-serq temm jghdi il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>