Lokali

Iġarrab ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur f’Tas-Sliema

Sewwieq ta’ mutur ta’ 52 sena residenti Tas-Sliema ttieħed l-isptar u qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku aktar kmieni wara nofsinhar.

L-inċident tat-traffiku seħħ għall-ħabta tas-2.30pm fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun. Huwa mifhum li s-sewwieq tilef il-kontroll u waqa’ minn fuq il-mutur. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.