Lokali

Raġel mgħammad u armat b’sikkina jwettaq serqa f’San Ġiljan

Raġel mgħammad u armat b’sikkina seraq ammont ta’ flus kontanti waqt serqa ftit tal-ħin ilu. Ir-raġel daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera li għandha 48 sena u hi minn Marsaskala.

Is-serqa seħħet għall-ħabta tas-2pm f’ħanut tas-souvenirs fi Triq Paceville San Ġiljan.

L-investigazzjonijiet se jkomplu għaddejjin mill-Għassa ta’ San Ġiljan.