Aktar minn kilo marijuana tinqabad qabel ma kienet se tiddaħħal Malta bil-katamaran minn Sqallija. Il-pulizija Taljana ssuspettat li kien hemm xi ħaġa stramba hekk kif kien hemm riħa qawwija ta’ tewm u bżar aħmar. Filfatt irriżulta li s-suspettat, Simon Moses mill-Għana, ipprova jaħbi r-riħa tad-droga permezz ta’ ħwawar b’irwejjaħ qawwija sabiex il-klieb tal-Pulizija ma jkunux jistgħu jxommu d-droga. Huwa mifhum li meta l-Pulizija talbuh għad-dokumenti, r-raġel deher nervuż ħafna. Hu ammetta li d-droga kien se jdaħħalha Malta u kien hemm xi ħadd li kien qed jistenniha.
Simon Moses ġie arrestat mill-pulizija eżatt qabel rikeb il-katamaran lejn Malta.
//= $special ?>