Lokali

Tfal u żgħażagħ jistgħu jikkompetu għall-aqwa kostum nazzjonali tal-karnival

Wieħed mill-karrijiet tal-karnival ta' Malta

Jekk għandek tfal ta’ bejn il-ħamsa u s-sittax-il sena u huma delettanti tal-karnival, din is-sena jistgħu jidħlu biċ-ċans li jirbħu kompetizzjoni nazzjonali.

L-kunsill Malti għall-Arti ħabbar li se ssir kompetizzjoni nazzjonali għall-aqwa kostum tal-Karnival 2017. Filfatt, tfal u żgħażagħ ta’ bejn il-ħamsa u s-sittax-il sena huma mistiedna jipparteċipaw billi nhar it-Tlieta 28 ta’ Frar fl-12pm imorru bil-kostum fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kompetizzjoni se tkun maqsuma f’żewġ kategoriji skont l-etajiet tal-parteċipanti.

Min jixtieq jipparteċipa jista’ japplika mal-Kunsill Malti għall-Arti billi jżur l-uffiċju tiegħu l-Belt stess jew jibgħat email fuq mariella.a.portelli@artscouncilmalta.org jew iċempel fuq 23397036.