Lokali Parlament

Appell wara s-sentenza lil Dorianne Camilleri

– Antoine Borg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Antoine Borg appella lill-Parlament biex jiddiskuti u jikkunsidra bidliet dwa ril-poteri li għandha l-qorti beix ma jseħħux każi bħal dak ta’ Dorianne Camilleri, li kienet kundannata ħames snin ħabs fuq każ ta’ qtil ‘ involontarja ta’ persuna f’nċident tat-traffiku.

Fl-Aġġornament ta’ nhar it-Tlieta Antoine Borg tkellem dwar is-sentenza ta’ Dorianne Camilleri dwar każ li seħħ seba’ snin ilu. Hu qal li hemm anomalija fuq livell uman u fuq livell legali u sostna li kien hemm dewmien għas-senetenza hu fatt li għandu jkun segwit. Seba’ snin ibiddlu ħajja ta’ bniedem u għalhekk dawn kienu seba’ snin ta’ arrest psikoloġiku fuq il-persuna, fuq bintha u fuq il-familja tagħha. Antoine Borg tkellem dwar is-sens ta’ sproporzjon u semma ċ-ċirkostanzi differenti fil-każi.

Hu qal li tkellem ma’ diversi avukati li wkoll kienu distrurbati b’dak li seħħ. Dan l-intervent imur ‘l bogħod minn kwistjoni politika għaliex għandu jinstab il-bilanċ meħtieġ. Hu semma l-parametri li trid timxi magħhom il-qorti u qal li l-parlament għandu jikkunsidra t-tneħħija tal-minimu stabbilit fil-liġi dwar il-ħames snin priġunerija li l-qorti kienet marbuta tagħti. Għandu jkun ikkunsidrat kollox, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-qorti għandu jkollha iktar diskrezzjoni fis-sentenzi sospiżi.

Antoine Borg qal li għal kull kriminal hemm vittma u hemm familja. Hemm ukoll persuni sfortunati u innoċenti li huma vittma ta’ ċirkostanzi li magħhom għandha tintwera ħniena. Min mhux kriminal m’għandux ikun ikkunsidrat bħala kriminal, sostna Antoine Borg.