– Claudette Buttigieg, PN
Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Claudtete Buttigieg qalet li l-mo dkif aġixxa mal-koppji fil-każ tal-embrijuni li kienu fl-Isptar Mater Deei meta inqata’ d-dawl ftit ġimgħat ilu juri li l-gvern miss il-qigħ ta’ dak li hu ġust, morali, etiku u sew.
Fl-Aġġornament tal-parlament tat-Tlieta Claudette Buttigieg qalet li ftit ġranet ilu fis-26 ta’ Jannar 2017 kienet informata li f’Mater Die kien hemm black-out li rriżulta minn tetsijet li jsiur b’mod regolari. Din ir-rġauni għad mhux konfermata iżda l-fatt hu li nqata’ d-dawl f’Mater Dei u 24 siegħa wara l-Ministru Fearne ħareġ stqarrija fejn qal li fl-inċident f’Mater Dei kien hemm ħsara teknika fl-inkubatur u allura l-embrijuni li kien hemm fl-inkaburi kienu vijabbli.
Hi kompliet li kienet avviċinata minn koppji li kienu parti mit-tmien koppji li għamlu l-IVF u li ma rnexxietx it-tqala. L-istqarrija tal-Ministru Fearne qalet li l-koppji kienu informati iżda jirriżulta li mhux kollha kienu informati bl-istess mod. Kien hemm koppji li ntalbu jiffirmaw jekk hux se jaċċettaw it-trasferiment tal-embirijuni. Din hi xokkanti, sostniet Claudette Buttigieg għaliex il-kwistjoni ddawret fuq il-ġenuturi li jkunu l-aktar vulnerbbali. Missejna l-qigħ ta’ dak li ġust, morali, etiku u sew. X’ippretendew li l-koppji ma jaċċettawx! irrimarkat Claudette Buttigieg, li kompliet li l-liġi hi propju hemm biex tipproteġi l-embrijuni.
Hi staqsiet ukoll jekk hux veru li kien hemm min avviċina lill-koppji li t-tqala ma rnexxietx wara l-IVF u offrewlhom kumpens. X’kumpens se jingħataw dawn in-nies li nefqu madwar €3000 u €4000 f’mediċini, ilhom bi trattament minn Awissu u meta dan hu trattament strsesanti ħafna fuq il-koppja, staqsiet Claudette Buttigieg.
L-iktar importanti hu li hawn min qed jaħseb li kollox għandu prezz u li kollox jinxtara minħabba li kien hemm min falla fir-responsabbiltà li jipproteġi lill-embrijuni! Hi pproponiet li dawn il-koppji għandhom jingħataw ċans ieħor bl-IVF. Dawn huma koppji li fil-maġġoranza tagħhom il-mara ma tantx fadlilha opportunitajiet minħabba l-età u huma koppji li veru jixtiequ jkollhom it-tfal.
Claudette Buttigieg staqsiet f’hix waslet l-inkjesta għaliex hawn silenzju li jtarrax dwarha. Lill-koppji ħadd ma qallhom xejn iktar. Hi qalet li l-kumpens offrut juri li m’hemmx valur għall-ħajja.
Ix-Shadow Minister Claudette Buttigieg kompliet li raġel li ma kinx parti mill-koppji effetwati kellimha u qallha li kien qabdu paniku meta sema’ bil-każ minħabba li t-trasferiment sar il-Ħamis. Claudette Buttigieg staqsiet min hu responsabbli biex jindokra lill-embrijuni u qalet li l-embrijuni m’għandhomx ikunu ffriżati meta għal ftit ġranet ġara inċident li fih kienu involuti 20 embrjun; il-bidu tal-ħajja ta’ 20 bniedem.
Cluadette Buttigieg kompliet li għandha dmir assoslut li tati vuċi lit-tmien koppji li żgur mhux se jitkellmu fil-pubbliku minħabba s-soċjetà. Il-ħajja tal-bniedem hi bla prezz sostniet Claudette Buttigieg, li appellat biex kulħadd jifhem il-fraġilità tal-ħajja u lill-Ministru Fearne biex ikun onest ma’ dawn in-nies. Jien favur l-IVF iżda kontra min jaħseb li hu alla f’dan il-pajjiż, sostniet Claudette Buttigieg, li qalet li s-sitwazzjoni hi inaċċettabbli. Hi appellat biex il-Ministru Fearne ikun onest ma’ dawn it-tmien koppji li tilfu lil uliedhom u jġorr ir-responsabbiltà tiegħu.
//= $special ?>