Uffiċjali umanitarji kkonfermaw is-sejba ta’ għexieren ta’ katavri, li jidhru li huma ta’ immigranti Afrikani, madwar ix-xatt ta’ Zawiya, lejn il-Punent tal-Libja.
Filwaqt li l-uffiċjali qalu li l-mejtin qabżu t-80, iċ-ċirkustanzi li fihom il-vittmi mietu mgħarrqin ma kenux spjegati fid-dettall. Madankollu sar magħruf li l-mejtin jinkludu diversi tfal.
Kelliema għall-fergħa Iżlamika tas-Salib l-Aħmar qalu, ftit wara s-sejba, li kellhom quddiemhom każ pjuttost misterjuż. Intant, ir-rapporti aktar tard qalu li nstab dinghy ‘imtertaq’ fl-inħawi fost l-inkwiet li jfeġġu ‘aktar katavri’ peress li dinghies ta’ dik ix-xorta għandhom il-kapaċità biex iġorru 120 persuna.
Rapporti oħra, fil-fatt, qalu li d-dinghy inkwistjoni telaq mil-Libja nhar is-Sibt u li kellu fuq ‘mal-110 immigranti’.
L-imwiet fost l-immigranti li qed jużaw ir-rotta tal-baħar (fil-Mediterran) bejn il-Libja u l-Italja laħqu livelli rekord.
//= $special ?>