It-tentattiv iddisprat tal-Prim Ministru Joseph Muscat biex jipprova jnessi l-iskandlu tal-Panama Papers reġa falla. Dan l-iskandlu mhux ser jintemm qabel dawk responsabbli għall-attivita kriminali jitressqu quddiem il-ġustizzja u b’hekk titnaddaf ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.
Saħqu dan it-tlett ewro parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista David Casa, Roberta Metsola u Therese Commodini Cachia. Huma qalu li huwa ċar li ħadd mhu jemmen lil Konrad Mizzi.
Huma fakkru kif wara ġurnata ta’ intervisti ħareġ b’mod ċar li l-aġir ta’ Konrad Mizzi kien suspettuż u jwassal biex wieħed jaħseb li sar għal skop ta’ ħasil ta’ flus fil-waqt li l-aġir ta’ Keith Schembri fil-konfront tal-kumitat Pana kien skandaluż. Dan kien dikjarat b’mod ċar miċ-Chairman ta dan il-kumitat Werner Langen.
L-ewroparlamentari qalu li Konrad Mizzi għamel attentat fqir biex jipprova jiġġustifika l-azzjonijiet tiegħu liema attitudni ma ntlaqgħet xejn tejjeb mill-membri tal-kumitat.
Huwa ċar mil-laqgħat li saru li kemm Keith Schembri kif ukoll Konrad Mizzi kienu s-suġġett ta’ investigazzjoni intensiva tal-FIAU. Dan is-suspett ikompli jkun ikkonfermat mill-fatt li kien irriżenja kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar u wara nħatar kummissarju li jidher li ma jridx jieħu r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-FIAU, dak li jipproċedi.
L-ewro Parlamentari fakkru li r-rwol tal-kummissarju huwa li jipproteġi liċ-ċittadin u mhux lill-Prim Ministru u lil sħabu. Kif saħaq ic-chairman tal-Kumitat stess… attitudni bħal din ma kienetx tkun aċċettata f’pajjii demokratiċi oħrajn.
//= $special ?>