Lokali Parlament

Il-mod kif ingħatat l-art għall-proġett tal-ITS f’Pembroke hu skandaluż

– Marthese Portelli, PN

Ix-Shodow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent Marthese Portelli sostniet li l-mod kif il-gvern ta l-art tal-ITS f’Pembroke biex fuqha jsir il-proġett hu skandaluż tant li minn din l-art f’żona mill-aqwa l-poplu se jdħaħal biss €15-il miljun.

F’diskors fil-parlament fid-dibtatitu dwar l-estimi tal-budget Marthese Portelli qalet li l-gvern irid joħloq niċeċ ġodda biex l-ekonomija tibqa’ għaddejja. Hi qalet li fl-aħħar erba’ snin l-ekonomija baqgħet għaddejja minħabba l-bejgħ tal-assi tal-pajjiż, setturi maħluqa minn Gvern Nazzjonalista u l-kostruzzjoni.

Martese Portelli qalet li l-gvern għandu jnaqqas il-burokrazija bil-fatti, joħloq skemi li jgawdi minnhom kulħadd fil-ħin it-tajjeb u li jassigura level playing għal kulħadd fejn kulħadd għandu jingħata l-istess opportunitajiet.

Għall-Gvern, pro-buinsess tfisser li hu jiftaħ il-kontijiet fil-Panama u li jagħmel diskriminazzjoni bejn wieħed u ieħor. Il-gvern qed jagħżel il-proġetti li jagħmel tajjeb għalihom bħall-garanzija bankarja tal-Electrogas. Għall-Maltin, il-gvern ma għamel l-ebda garanizja bankarja.

Marthese Portelli kompliet li l-gvern qed jarmi l-art tal-poplu bi proċessi xejn trasparenti jew isiru fi żmien meta l-konsulenti jkunu bil-vaganzi u għalhekk min irid jitfa’ l-offerti ma jkunx jista’ jagħmel dan. Hi tkellmet dwar l-art u qalet li fiż-Żonqor il-Prim Ministru ftaħar li f’ħames minuti għamel ftehim mal-Ġordaniż li ħa l-art b’xejn. Hi semmiet l-art li ngħatat lill-Electrogas fejn il-gvern ta 20,000 metru kwardu lill-Electrogas għal €200,000; li tfisser €11.64ċ kull metru kwardu. Lill-Electrogas tawhom ukoll is-sussijdu fuqha.

Marthese Portelli tkellmet dwar is-sit tal-ITS f’Pembroke. Dan hu ingann tal-gvern u tal-aqwa salesman; il-Prim Ministru li hu salesman bi propjetà tal-poplu u tal-ministru li għandu l-kontijiet il-Panama biex jitfa’ l-commissions fih.

Dwar il-valur tal-art, hi qalet li din hi l-isbaħ biċċa art fiż-żona ta’ żvilupp viċin ferm il-baħar. Din inbiegħet fi żmien il-Milied meta kulħadd ikun bis-shut down biex ikun diffiċli għal min irid jitfa’ l-interess tiegħu. Il-gvern qal li biegħ l-art għal €60 miljun meta dan mhux veru għax il-kuntratt jispeċifika li €15-il miljun jitħallsu f’ħames snin bl-imgħax. L-ammonti l-oħra huma t-taxxa u ċ-ċens fejn il-kuntratt jgħid li ċ-ċens se jitħallas minn dawk li jixtru l-appartamenti. Il-gvern qed jigdeb u għandu jgħid li din ingħatat għal 99 sena għal €15-il miljun.

Marthese Portelli semmiet is-sit tal-MIMCOL f’Paceville fejn għal 400 metru kwardu tħallsu €3.4 miljun mal-kuntratt iżda għall-art tal-ITS fejn hemm 24,000 metru kwadru tħallsu biss €15-il miljun. Għall-art ta’ Paceville nħarġet l-offerta bil-valur minimu iżda għall-art tal-ITS ma sarx dan. Għas-sit ta’ Fort Cambridge sar ħlas ta’ €55 miljun għal tmint itmiem 11-il sena ilu iżda llum tħallsu biss €15-il miljun għall-art tal-ITS.

L-art tal-lukanda fil-proġett f’Pembroke ġiet stmata €50 kull metru kwardu, sostniet Marhese Portelli, li qalet li dan hu ammont redikolu. Din hi inġustizzja man-negozjanti li investew fil-porġetti tagħhom u l-gvern għandu jistħi mil-lukandiera. Dwar il-ħwienet kummerċjali fil-proġett, Marthese Pertelli qalet li l-ammont ta’ €70,00 hu redikolu speċjlament meta dan hu ġo Paceveille.

Il-gvern qabeż ukoll il-pjan lokali u għalhekk il-proġett imur kontra l-pjan lokali tal-lum. Uħud mit-torrijiet huma ġo Pembroke u għalhekk biex dawn isiru jrid ikun irranġat il-pjan lokali. Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni staqsiet għaliex il-gvern għażel li jaqbeż lill-parlament għal dan il-proġett. Il-poplu u l-imsieħbda soċjali ma jaqblux ma’ dan il-ftehim għax il-proġett ma kellux isir kif fil-fatt sar.

Il-bejgħ tal-art saret b’mod inġust. Kumbinazzjoni dawn id-deals ikunu fdati mill-Prim Ministru fil-Ministru Konrad Mizzi; il-ministru involut fl-iskandlu tal-Panama u li biegħ il-power station tal-BWSC lix-Shangai Electric.

Hi semmiet ix-Shnagai Utility Chief li ammetta li kien ivolut fi skandli ta’ tixħim bejn l-2005 u l-2014. Hekk kif tela’ fil-gvern il-Ministru Mizzi warrab il-windfarms f’Malta iżda fil-Montenegro mar biex jippromwovi l-windfarms. Hi staqsiet x’inhi r-relazzjoni ma’ Zhang biex isru l-windfarms fil-Montenegro u appellat biex il-kuntratt jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Ix-Shadow Minister Portelli appellat biex jitħejja pjan dwar kif tingħata l-art tal-gvern biex dan ma jsirx għad-detriment tal-poplu Malti.