Pasqualino Cefai, instab ħati b’attentat vjolenti fuq il-pudur ta’ tfajla Ingliża. Hu ġie kkundannat tliet xhur ħabs.
Il-każ seħħ fl-10 ta’ Mejju tal-2010 meta offra li jwassal lit-tfajla bil-karozza tiegħu. Marie-Christine Dunlop, it-tfajla Ingliża, marret imbikkma l-għassa tar-Rabat Għawdex sabiex tagħmel rapport. Ir-rapport jgħid li Cefai immolesta sessalment lit-tfajla u li beda jmissha b’mod intimu minkejja li hi bdiet tirrifjuta.
Filwaqt li l-ewwel Qorti lliberat lill-akkużat, kienet il-Qorti tal-Appell li sab lil Cefia ħati. Il-Qorti qalet li Cefai approfitta ruħu mis-sitwazzjoni.
Hu mifhum li qabel dan il-każ Cefai kien ikkundannat għal sentenza oħra l-Qorti talli hedded Maġistrat u talli ta daqqiet ta’ sikkina lil persuna oħra.
//= $special ?>