Internazzjonali

Jisparaw fuq trakk tal-gass f’Barċellona, iżda ma kienx każ terroristiku

epa05806505 Spanish security personnel next to a truck carrying gas cylinders after Catalonian local police stopped the driver with gunshots who allegedly had previously robbed the truck before driving in the opposite direction against the oncoming traffic in Barcelona, Spain, on 21 February 2017. According to the police, the man arrested, is allegedly a Swedish national, who has been taken to a medical facility for psychological examination. EPA/ALEJANDRO GARCIA

Il-Pulizija Spanjola fl-inħawi ta’ Barċellona arrestaw raġel wara li kienu fetħu n-nar fuq trakk mgħobbi biċ-ċilindri tal-gass, li kien għaddej fuq in-naħa l-ħażina ta’ triq prinċipali.

Il-Pulizija sparaw meta t-trakk deher javviċina l-port ta’ Barċellona, bl-awtoritajiet tal-belt jikkonfermaw li t-trakk kien misruq. Ħarġet ukoll stqarrija biex tgħid li x-xufier, li għandu nazzjonalità Żvediża, ilu żmien ibati minn problemi psikjatriċi.

Xi sorsi tal-istampa, intant, qalu li t-trakk ‘misjuq mill-Iżvediż’ ħabat ma’ diversi karozzi qabel il-pulizija fetħu n-nar fuqu. Ix-xufier injora t-twissijiet tan-nies biex jieqaf. Intant, il-Ministeru tal-Intern Spanjol għamilha ċara li dan ma kienx każ terroristiku.