Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, wissa li r-Renju Unit għandu jiffaċċja ‘spiża qawwija ferm’ għall-proċess tal-Brexit.
Hu wiegħed sentejn ta’ ‘negozjati diffiċli’ ladarba jibdew it-taħditiet bejn Londra u Brussell dwar il-kundizzjonijiet għat-tluq tar-Renju Unit mill-UE.
F’diskors li għamel lill-Parlament Ewropew, Juncker enfasizza li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ‘mhux se jsir b’xi skont (għall-Britanniċi) inkella bi prezz minimu’. Sadanittant, hu wissa li jridu jgħaddu s-snin għall-qbil dwar il-bażi tar-relazzjonijiet futuri bejn Londra u l-Unjoni Ewropea.
Ir-rapporti ssuġġerew li r-Renju Unit jista’ jkollu jħallas sa 60 biljun ewro lill-UE, ladarba jibdew it-taħditiet għall-Brexit.
Intant, il-kummenti ta’ Juncker ingħataw waqt li l-House of Lords (tal-peers li mhumiex eletti) f’Londra beda t-tieni jum ta’ diskussjoni dwar l-Abbozz tal-Gvern dwar l-Unjoni Ewropea (in-Notification of Withdrawal Bill). L-abbozz, jekk jgħaddi, jippermetti biex il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, tattiva Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Liżbona li jippermetti l-bidu tat-taħditiet formali għall-Brexit bejn Londra l-Unjoni.
//= $special ?>