It-tennista Franċiż Jo-Wilfried Tsonga rebaħ it-13-il titlu fil-karriera tiegħu meta rebaħ turnament fil-belt ta’ Rotterdam fl-Olanda. Fil-finali hu ħareġ rebbieħ bi skor ta’ 4-6, 6-4, 6-1 kontra David Goffin.
Is-seed numru sitta Jo-Wilfried Tsonga kien finalist tellief fl-2011 f’Rotterdam u nhar il-Ħadd li għadda patta għat-telfa meta din id-darba kiseb suċċess. Għalih, dan it-titlu kien l-ewwel wieħed sa mill-2015 meta dakinhar kien rebaħ titlu f’Settembru fi Franza.
Barra minn hekk, bis-suċċess li kiseb Jo-Wilfried Tsonga sar l-ewwel Franċiż sa mill-2008 li rebaħ fil-belt ta’ Rotterdam.
Tsonga jirbaħ f’Rotterdam
