It-tim ta’ Force India żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom bl-isem ta’ VJM10, hekk kif qed jittamaw li jibnu fuq l-aktar staġun ta’ suċċess li kellhom is-sena l-oħra. It-tim se jkun qed jikkonsisti minn Sergio Perez u l-akkwist il-ġdid Esteban Ocon.
L-istaġun il-ġdid se jkun l-għaxar wieħed taħt it-tmexxija tal-prinċipal tat-tim Vijay Mallya, u l-istaġun li għadda rnexxielhom jispiċċaw fir-raba’ post fil-kampjonat tal-kostrutturi.
Vijay Mallya qal li bħala tim qed joħolmu ħafna u se jagħtu l-massimu tagħhom hekk kif id-data li għandhom turi li għandhom karozza tajba ħafna. Sergio Perez li l-istaġun li għadda kiseb il-podium f’Monaco u l-Ażerbajġan qal li hemm diversi raġunijiet li jistgħu jagħmlu l-qabża bħala tim.
It-tluq ta’ Hulkenberg mar-Renault, fisser li t-tim se jagħmel l-ewwel bidliet mill-2014, b’Ocon jingħaqad mat-tim wara li s-sena l-oħra għamel id-debutt mal-Manor fit-tieni nofs tal-istaġun.
//= $special ?>