Futbol Sport

Carlo Ancelotti jeħlisha ħafif

Ġest mhux tipiku ta' Ancelotti

Il-kowċ ta’ Bayern Munich Carlo Ancelotti mhux se jkun sospiż wara li ħareġ is-sebgħa tan-nofs lill-partitarji ta’ Hertha Berlin. L-eks kowċ ta’ diversi klabbs fosthom Juventus, Milan, Chelsea, Real Madrid u PSG għamel dan il-ġest hekk kif kien miexi fit-tunnel wara d-draw ta’ 1-1 f’Berlin, f’logħba li t-tim tiegħu ġab id-draw fis-96 minuta. Ancelotti li llum għandu 57 sena, qal lill-istazzjon Ġermaniż ARD li għamel dan il-ġest wara xi ħadd beżaqlu.

F’reazzjoni, l-Assoċjazzjoni tal-futbol Ġermaniża qalet li fehmet ir-reazzjoni tiegħu, iżda l-kowċ Taljan se jkollu jħallas €5,000 multa bħala apoloġija. Bayern Munich bħalissa jinsabu ħames punti vantaġġ fuq Leipzig f’ras il-klassifika.