Internazzjonali

Fayyad flok Kobler għan-NU fil-Libja

Salam Fayyad

Jidher li l-eks-Prim Ministru Palestinjan Salam Fayyad se jkun qed jieħu post il-Ġermaniż Martin Kobbler bħala r-rappreżentant tan-Nazzjonijiet Uniti għal-Libja.
Dan fuq talba tas-Segretarju Ġenerali ġdid tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres. Iżda d-deċiżjoni urtat kemm il-Libjani kif ukoll l-Istati Uniti u pajjiżi oħra.
S’issa ma kienx hemm konferma uffiċjali im ma fuq l-Internet kienet pubblikata ittra ta’ Guterres lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fejn iħabbar il-bidla.
Sorsi indikaw iżda li din il-bidla mhux se ssir għalissa b’Kobler jitħalla jkompli bil-ħidma favur il-paċi fil-Libja għal ftit aktar.