Lokali

FILMAT: Wheelchair basketball fl-Università b’risq l-ALS Malta

Għal din l-attività attenda wkoll Bjorn Formosa u qal li għalkemm saħħtu dejjem qed tmur lura xorta waħda se jibqa' jagħmel minn kollox biex jagħmel kemm jista' attivitajiet sabiex jinġabru aktar flus b'risq l-ALS Malta.

Il-Kunsill tal-Istudenti Universitarji flimkien mal-organizazzjoni studenteska MUSC illum organizzaw attivitá sportiva b’risq l-ALS Malta.

Fil-kwadrangolu tal-Universitá ta’ Malta ammont ta’ studenti bdew jilgħabu basketball fuq is-siġġijiet tar-roti sabiex iqajmu għarfien dwar l-użu tas-siġġu tar-roti minn persuni b’diżabilità.

Għal din l-attività attenda wkoll Bjorn Formosa li qed ibati mill-marda tal-ALS. Ma’ Net news Bjorn qal li għalkemm saħħtu dejjem qed tmur lura xorta waħda se jibqa’ jagħmel minn kollox biex jagħmel kemm jista’ attivitajiet sabiex jinġabru aktar flus b’risq l-ALS Malta.

Ix-xahar li ġej Bjorn se jkun qed jagħmel operazzjoni li permezz tagħha se jitlef ħafna mill-abilitajiet tiegħu li se jkunu qed jillimitawh milli jikkommunika ma’ dawk ta’ madwaru.