– Marthese Portelli, PN
Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent Marthese Portelli sostniet li l-kunsili lokali għandhom jingħataw rwol ikbar fil-kontroll tst-traffiku; dan filwaqt li jiżdied il-profil tal-wardens.
Marthese Portelli qalet li l-abbozz isemmi biss żewġ punti; ix-xufiera li jinqabdu taħt l-effett tax-xorb u s-sewqan bla liċenzja.
Dan hu l-abbozz li ngħatat l-Oppożizzjoni minkejja li l-Ministru Bonnici elenka sistema ta’ offiżi oħra u penalitajiet ġodda,s sostniet Marthese Portelli.
Fuq point of order il-Ministru Bonnici qal li dawn jinsabu fl-abbozz ta’ konsultazzjoni li diġà kien pubblikat. Hu qal li l-proċess ta’ konsultazzjoni spiċċa u r-regoli pubblikati huma dawk li se jkunu implimentati mill-gvern.
Marthese Bonnici kompliet li l-Oppożizzjoni taqbel ma’ iktar inċentivi favur sewqan responsabbli u għalhekk l-Oppożizzjoni se tivvuta favur. Din hi liġi li tolqot il-ministeru ta’ Owen Bonnici kif ukoll il-ministeru mmexxxi minn Joe Mizzi. Hi pproponiet iktar devuluzzjoni fl-infurzar lill-kunsilli lokali għaliex il-kunsilli lokali jafu l-problemi u l-ħtiġijiet tal-lokalitajet l-aktar. Il-vuċi tal-kunsilli lokali m’għandhiex tkun maħnuqa.
Għalhekk il-kunsilli lokali għandu jkollhom il-finanzjament neċessarju. Wasal iż-żmien li jkun hemm reviżjoni tas-sistema ta’ kif jinħadem il-budget tal-kunsilli lokali qat li l-kunsilli jrid ikollhom ukoll ir-riżorsi umani bħala ħaddiema.
Marthese Portelli qalet li dan hu mument kritiku fejn il-profil tal-wardens għandu jkun mgħolli biex dawn ikunu effettiv fl-edukazzjoni tal-pubbliku u fl-infurzar tar-regoli. Hi semmiet il-vetturi bi pjanċi barranin f’Malta u qalet li din hi problema kbira minħabba li dan l-ammont qed jikber.
Dan qed joħloq problemi minħabba li hemm numri li qatt ma jkunu reġistrati u hemm barranin li jiġu Malta bla ma ħadd jaf min huma u jiksru l-liġijiet. Bis-sistema kif inhi llum, dawn jistgħu jaqilgħu ċ-ċitazzjonijiet bla ma jittieħdu passi. Din hi inġustizzja u qed toħloq frustrazzjoni. F’San Pawl il-Baħar u s-Swieqi hemm probemi kbar ta’ dan it-tip iżda mhu qed isir xejn anki meta jsiru inċidenti.
Marthese Portelli qalet li hemm problema kbira bil-karrozzi abbandunati fit-toroq u appellat biex ikun infurzar meħtieġ. Jirriżulta li d-dealers tal-karrozzi qed isibu problema meta jbiegħu karrozza u jmorru Transport Malta biex jirreġistraw it-transfer. Filgħodu Transport Malta mhux taċċetta lil dawn id-dealers li qed ikollhom imorru fil-għaxija. Din qed iżżid il-burokrazija.
Hi tkellmet dwar id-dgħajjes reġsitrati taħt il-Kategorija S li issa qed isibu diffikultajiet biex joħorġu għad-delizzju tas-sajjieda u li dawn issa jridu jiġu reġistrati f’Kategroija F.
//= $special ?>