Skont l-ekonomista Olandiż Hans van Cleef, il-prezz internazzjonali taż-żejt mistenni jkompli jinżel fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Dan ħareġ minn rapport ippublikat fis-sit awtorevoli ta’ Bloomberg.
Jidher li l-prezz taż-żejt mhux irfinut se jkun qed jinżel fil-livell ta’ $30 kull barmil. Dan wara deċiżjonijiet importanti li ttieħdu mill-pajjiżi tal-OPEC.
Il-ftehim tal-OPEC ikopri sa Lulju, u kien intiż sabiex jillimita l-produzzjoni minn kull pajjiż. Iżda wara s-Sajf, jista’ jerġa’ ikollna xenarju fejn il-produzzjoni tiżdied u l-prezz jibda nieżel.
Hans van Cleef, ekonomista u konsulent tal-bank ABN Amro, sostna li huwa faċli immens li l-prezz taż-żejt jinżel fil-livell ta’ $30.
//= $special ?>