Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, ħatar lill-Ġeneral HR McMaster bħala l-konsulent tiegħu dwar is-sigurtà nazzjonali. McMaster, li ta servizz militari fl-Iraq u fl-Afganistan, se jkun qed jaqdi rwol sensittiv ħafna hekk kif se jkun qed jagħti pariri lill-President Amerikan rigward kwistjonijiet relatati għall-politika barranija ta’ Washington.
McMaster qed jieħu post il-Ġeneral Michael Flynn li tkeċċa wara ftit aktar minn tliet ġimgħat fil-kariga. Dan wara li Flynn instab li kien għadda informazzjoni qarrieqa lill-Viċi President Amerikan Mike Pence rigward diskursati li kellu mal-Ambaxxatur Russu għall-Istati Uniti.