Ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest Claudia Faniello ltaqgħet mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Hi kienet akkumpanjata mill-Kap eżekuttiv tal-PBS John Bundy u mill-kompożituri Philip Vella, Sean Vella u Gerald James Borg.
Claudia Faniello qalet li l-akbar sodisfazzjon għaliha jibqa dak li l-kanzunetta tagħha ntagħżlet mill-pubbliku. U llum il-ġurnata lesta aktar minn qatt qabel biex tkun l-ambaxxatriċi ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest li din is-sena s-jsir fi Kiev fl-Ukrajna.
Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru awgura lil Claudia sabiex la darba tkun hemm ikollha moral sod, bis-saħħa wkoll tat-tim kollu wara l-kanzunetta Breathlessly.
Tkellem wkoll il-Kap Eżekuttiv tal-PBS John Bundy li qal li l-għan jibqa dejjem wieħed – li niksbu riżultat eċċellenti.
//= $special ?>