Hemm intopp li jista’ jkollu konsegwenzi serji għal Marine le Pen, il-kap tal-partit estremista tal-Front Nazzjonali. Dan wara li l-bodyguard tagħha u ċ-chief of staff kienu interrogati mill-Pulizija bħala parti minn investigazzjoni rigward abbuż ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea. Le Pen qed tiċħad li hi għamlet xi ħaġa ħażina u dak li qed isir qed isir bl-iskop li ssir ħsara lill-kampanja elettorali tagħha. Dan hekk kif fil-pajjiż dalwaqt se ssir l-elezzjoni Presidenzjali u Le Pen hi l-favorita. Nhar it-Tnejn, l-investigazzjoni waslet għal tfittxija mill-Pulizija fil-kwartieri ġenerali tal-Front Nazzjonali.
François Fillon, il-kandidat taċ-ċentru-lemin, qed ikun investigat minħabba allegazzjonijiet li ta lil martu impjieg fittizju biex ikun jista’ jabbuża minn fondi tal-UE. Fillon beda sejjer lura fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika hekk kif feġġ l-iskandlu, filwaqt li għal Le Pen hu kmieni wisq biex ikun magħruf x’impatt se jħalli.