L-Istat Ġermaniż tal-Bavarja ħabbar pjani biex il-burka tkun projbita f’uffiċini tal-Gvern kif ukoll skejjel u universitajiet u waqt is-sewqan.
Joachim Herrmann, il-Ministru tal-Intern tal-Bavarja, qal li wieħed irid iżomm f’moħħu li meta jikkomunika, dan isir mhux biss bil-lingwa imma anki bl-espressjonijiet tal-wiċċ. Hu qal li l-kommunikazzjoni bla xkiel kien fundamentali għall-ordni demokratika u ħielsa.
Permezz tal-abozz ta’ liġi li tressqet din il-ġimgħa, in-niqab, li jgħatti l-wiċċ, u l-burka, li jgħatti l-persuna kollha se jkunu projbiti f’postijiet pubbliċi u fejn l-identita ta’ persuna hi importanti li tkun magħrufa.