Fid-dawl tal-aħbar kerha li tħabbret ilbieraħ, jiġifieri l-mewt suwiċidali ta’ immigrant mill-Ghana, Frederick Ofosu, l-organizzazzjoni studenteska l-SDM, ħabbret li se tkun qed tagħmel protesta silenzjuża aktar tard llum.
Fi stqarrija lill-midja, l-SDM qalet li wieħed ma jistax jibqa’ sieket quddiem aħbarijiet bħal dawn. Kompliet tgħid li għandha tinstab soluzzjoni kemm lokali u kif ukoll fuq livell Ewropej f’dak li għandu x’jaqsam ma’ problemi ta’ immigrazzjoni.
Il-protesta silenzjuża se ssir fis-6.15pm ta’ llejla fl-Università stess. L-organizazzjoni studenteska qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jattendi u jingħaqad magħhom f’din il-protesta.
//= $special ?>