Formula 1 Sport

Renault kunfidenti li tjiebu

Renault qed jimmiraw li jispiċċaw mal-ewwel ħamsa dan l-istaġun

Il-kapijiet tat-tim tal-Formula 1  Renault jinsabu kunfidenti ħafna li se jkollhom titjib fir-riżultati hekk kif niedu l-karozza l-ġdida tagħhom għal dan l-istaġun. Il-Kap tekniku tat-tim Bob Bell qal li l-karozza RS17 hi l-ewwel karozza “vera” fil-Formula 1 ta’ Renault fl-era moderna.

Renault kienu xtraw lit-tim Lotus lejn tmiem l-2015 u wirtu karozza li kienet qed taħdem b’finanzi restritti. Skont il-kap Sportiv ta’ Renault Jerome Stoll, il-mira tat-tim għal din is-sena hi l-ħames post. Is-sena l-oħra, Renault bdew jibnu t-tim fejn żiedu madwar 200 ħaddiem u qed jagħmlu mira li jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat tad-dinja sal-2020.

Il-kumpanija kienet rebħet żewġ kampjonati tad-dinja konsekuttivi permezz ta’ Fernando Alonso fl-2005 u fl-2006. Is-sewwieqa ta’ din is-sena huma l-Ġermaniż Nico Hulkenberg fl-ewwel esperjenza ma’ Renault u l-Brittaniku Jolyon Palmer li se jkun qed jikkompeti fit-tieni staġun tiegħu.

 

Tags