Sport Waterpolo

Sliema u San Ġiljan jiftħu l-kampjonat tax-Xitwa

Anthony Scicluna mill-BOV waqt il-poloz flimkien mal-President tal-ASA Joe Caruana Curran

 

Il-Kampjonat BOV tax-Xitwa se jiftaħ bil-kbir hekk kif Sliema u San Ġiljan se jiftħu l-kampjonat bil-logħba li se tintlagħab fit-30 ta’ Marzu. Id-data hi pjuttost tard għal bidu ta’ kampjonat li normalment jibda qabel, iżda minħabba x-xogħlijiet li qed isiru fil-Pixxina Nazzjonali fejn prattikament qed tingħata dehra ġdida, il-logħob kellu jersaq għal dati aktar tard.

Kawża ta’ dan kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ plejers fit-tim, il-kampjonat tal-ewwel diviżjoni mhux se jsir. Il-President tal-ASA Joe Caruana Curran qal li din kienet xitwa diffiċli għall-assoċjazzjoni għal fatt li SportMalta ilha għaddejja bix-xogħol għal madwar tliet xhur u għalhekk tħarbat mhux ftit il-ħidma normali ta’ diversi timijiet u sport differenti.

Caruana Curran irringrazzja lill-klabb ta’ Neptunes li fl-assenza ta’ dan in-nuqqas, għenet kif setgħet biex takkomoda ċertu taħriġ minħabba li għandhom pixxina li ssaħħan. Hu tenna li prattikament bil-ħidma li saret, hemm kollox ġdid f’ħidma li sejjaħ bħala xogħol qawwi.

Anthony Scicluna mill-BOV sostna li bħala bank għandhom fiduċja fil-ħidma tal-assoċjazzjoni fejn saħansitra fl-aħħar xhur ġie mġedded il-kuntratt mal-ASA li hu itwal mis-soltu b’għajnuna finanzjarja aħjar ukoll.

 

Il-Programm kollu

Il-Ħamis 30 ta’ Marzu

Sliema v San Ġiljan             18.00

Sirens v Valletta                   19.45

 

Il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu

Neptunes v Exiles                10.45

U17 v San Ġiljan                  12.00

 

It-Tlieta 4 ta’ April

San Ġiljan v Valletta          18.30

Exiles v Sirens                     19.45

 

L-Erbgħa 5 ta’ April

Sliema v Neptunes             18.30

U17 v Sirens                         19.45

 

Is-Sibt 8 ta’ April

Valletta v Exiles                  16.45

Neptunes v San Ġiljan      18.00

Sirens v Sliema                   19.15

 

Il-Ħadd 9 ta’ April

U17 v Exiles                        10.00

 

It-Tlieta 11 ta’ April

San Ġiljan v Exiles            18.30

Sliema v Valletta                19.45

 

L-Erbgħa 12 ta’ April

Neptunes v Sirens             18.30

Sliema v Valletta                19.45

 

It-Tlieta 18 ta’ April

Exiles v Sliema                  18.30

Valletta v Neptunes          19.45

 

L-Erbgħa 19 ta’ April

Sirens v San Ġiljan          18.30

U17 v Neptunes                19.45

 

It-Tlieta 25 ta’ April

U17 v Valletta                   18.30

 

Is-Sibt 29 ta’ April

5 v 6                                   15.45

3 v 4                                   17.00

1 v 2                                    18.15