Lokali

Tifel ta’ 7 snin ma marx id-dar wara l-iskola; jinstab illejla f’lokalita’ oħra

Ritratt: meħud minn Times of Malta
Ftit tal-ħin ilu, Net News irċieva rapporti li tifel ta' 7 snin ma marx lura d-dar bit-transport wara l-iskola.

Fl-aħħar ħin, student ta’ seba’ snin li jattendi l-iskola Primarja ta’ Marsascala illum ma telax fuq it-trasport tal-iskola wara tmiem il-ġurnata. Huwa nstab f’lokalità oħra, u issa jinsab qawwi u sħieħ id-dar.

Net News aktar kmieni irċieva diversi rapporti li fl-inħawi ta’ Wied l-Għajn kienet għaddejja tfittxija intensiva b’diversi karozzi tal-Pulizija biex jinstab dan it-tifel wara li ma rritornax id-dar.

It-trasport tal-iskola kien f’nofsinshar, minħabba li bħalissa għaddejin bl-eżamijiet.

Il-Ministeru qiegħed jagħmel l-istħarriġ tiegħu dwar kif u x’wassal għal dan il-każ.