Futbol Sport

Aħbar ħażina għal Arsenal

Santi Cazorla se jitlef il-kumplament tal-istaġun

Aħbar ħażina għat-tim Ingliż ta’ Arsenal hekk kif Santi Cazorla se jkollu jitlef il-kumplament tal-istaġun wara li weġġa’ l-għaksa. L-internazzjonali Spanjol għadu ma lagħbx minn meta kien sfurzat joħroġ fit-tieni taqsima fir-rebħa ta’ 6-0 li Arsenal kellhom kontra Ludogorets fiċ-Champions League f’Ottubru.

Cazorla skurja żewġ gowls ma’ Arsenal dan l-istaġun kontra Watford f’Awwissu u kontra Southampton ix-xahar ta’ wara. Iżda issa se jkun qed jiffoka biex jerġa’ jiġi fiżikament tajjeb għall-istaġun li ġej. Il-plejer ta’ 32 sena kien ingħaqad mal-Gunners mingħand Malaga għal somma ta’ £16.5m f’Awwissu tal-2012 u skurja 29 gowl f’180 logħba mat-tim ta’ Arsene Wenger.