Konrad Mizzi jerġa’ jinqabad jigdeb. Email li ġiet żvelata meta faqqa’ l-Iskandlu tal-Panama Papers juri li l-Ministru Konrad Mizzi kellu l-intenzjoni li jiftaħ kumpanija dwar immaniġjar ta’ skart. Dan għal kontra ta’ li qal hu meta kien qed jiġi investigat quddiem il-Kumitat PANA – fejn qal li Nexia BT tfixklu fil-korrispondenza tal-kumpanija tal-Panama tiegħu ma’ dik taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
Times of Malta żvelat dan l-artiklu fejn qabdet sfaċċatament lil Ministru Konrad Mizzi f’gidba oħra, f’din is-saga kollha tal-akbar skandlu li dan il-Gvern Laburista qed jaffaċja fost numru ta’ skandli oħra.
Fl-email li intbagħatet minn Nexia BT lil Mossack Fonseca bid-dettalji ta’ ‘pjanijiet futuri tan-negozju’ fejn mehmuż fl-istess email kien hemm bijografija tal-Ministru Konrad Mizzi stess. F’dan l-email hemm elenkat il-kwalifikazzjonijiet u l-esperjenza tax-xogħol tiegħu qabel sar Ministru tal-Gvern Laburista fl-2013.
Fil-bijografija ġiet intenzjonalment imniżżla li Konrad Mizzi għandu esperjenza estensiva fin-negozju tal-immaniġjar tal-iskart u anke fis-servizzi tal-immaniġjar tal-iskart.
Fl-istess email ta’ Nexia BT lil Mossack Fonseca, hemm miktub: “is-sid li se jieħu l-benefiċċju aħħari stabilixxa u implimenta wkoll mudell tan-negozju għall-immaniġjar ta’ skart b’livelli baxxi ta’ radjoattivita’ ”.
“Ukoll hu waqqaf varji operazzjonijiet ġodda fis-settur tal-enerġija, fl-infrastruttura, u anke fil-housing fir-Renju Unit” – skont din il-bijografija fl-email li ġie żvelat.
L-email ta’ Nexia BT tistqarr li l-attivitajiet intenzjonati għall-business jaqaw fis-setturi li s-sid tal-kumpanija fil-Panama – Konrad Mizzi – hu espert fihom. Finalment, l-email tindirizza wkoll il-mistoqsijiet li jiċċirkolaw madwar l-impjieg li l-mara tal-istess Ministru, Sai Mizzi, għandha fiċ-Ċina.
//= $special ?>