Lokali

FILMAT: Għaliex ma tirriżenjax? – Ana Gomes lil Konrad Mizzi

L-MEP Soċjalista tinsisti li Konrad Mizzi għandu jirreżenja

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Viċi President tal-Kumitat PANA, il-Membru Parlamentari Ewropew Soċjalista Ana Gomes, qalet li kien hemm kontradizzjonijiet li Konrad Mizzi ma kienx kapaċi jispjega.

Hija kienet qed tirreferi għall-qliegħ tal-kumpanija fil-Panama li, skont Mizzi, se jiġi minn attivitajiet ta’ riċiklar u gaming.

“Filwaqt li nammira l-wiċċ sfaċċat tiegħu, ġieni li nistaqsieh:
għaliex ma tirriżenjax?” – Ana Gomes

Gomes qalet li Mizzi qiegħed jimbarazza lil Malta u lill-Unjoni Ewropea. Hi sostniet li l-awtoritajiet Maltin għandhom jinvestigaw il-każ bir-reqqa.

Ana Gomes kienet qed tiġi intervistata waqt il-programm ‘Iswed fuq l-Abjad’ fuq Net Television.