Lokali Qorti

Għawdxi jinżamm taħt arrest f’daru

Raġel ta’ 72 sena, residenti l-Għarb, Għawdex inżamm taħt arrest f’daru, kif ukoll ġie ordnat jħallas depożitu ta’ €1,500 u garanzija personali ta’ €10,000.

Huwa tressaq il-Qorti wara li ġie akkużat talli nhar it-18 ta’ Frar, 2017, u kif ukoll fix-xhur u snin ta’ qabel ġewwa kamra tan-nar fil-limiti tal-Għarb Għawdex u f’postijiet oħra madwar, daħħal f’Malta;

  • porvli tal-isparar jew esplozivi oħra,
  • żamm għall-bejgħ jew ħażen porvli jew esplozivi u
  • ġarr minn post għall-ieħor porvli tal-isprar jew esplozivi.

Dan kollu mingħajr il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Huwa ġie akkużat ukoll talli fl-istess data, ħin, lok u ċirkustanzi kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar u/jew munizzjon mingħajr ma’ kellu l-liċenzja meħtieġa.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.