Il-Pulizija fil-Malasja trid tinteroga lil diplomatiku mlaħħaq fl-Ambaxxata tal-Korea ta’ Fuq fil-Malasja. Dan b’rabta mal-qtil ta’ Kim Jong-nam, ħu id-ditattur tal-Korea ta’ Fuq Kim jong-un.
Id-diplomatiku kien identifikat bħala Hyon Kwang Song u hu wieħed minn tlett ċittadini mill-Korea ta’ Fuq imfitxija mill-Pulizija b’rabta mal-qtil tal-ġimgħa li għaddiet.
Il-Pulizija konfermat ukoll li Kim miet wara li żewġ nisa poġġew xi velenu fuqu waqt li kien qed illesti biex jirkeb ajruplan fl-ajruport ta’ Kuala Lumpur.
L-Ambaxxata tal-Korea ta’ Fuq qed tiċħad bil-qawwa dak li qed isostni l-Pulizija Malasjana u talbet għall-ħelsien immedjat tan-nisa arrestat u raġel mill-Korea ta’ Fuq.
Il-Pulizija Malasjana qalet li jekk il-Korea ta’ Fuq ma tikkooperax u Song ma jitħallix juiġi interogat, kienu se jittieħdu miżuri biex ikun assigurat li jseħħ.
Bħala diplomatiku, Song igawdi minn immunita mill-Pulizija tal-Malasja. Dan sakemm din ma titneħħix minn pajjiżu.
Imfittex diplomatiku Korean b’rabta mal-qtil ta’ Kim Jong-nam
