Żagħzugħ miż-Żejtun illum ingħata l-liberta’ proviżorja wara li ammetta l-involviment tiegħu fi frodi fit-testijiet tal-vetturi magħruf aħjar bħala VRT.
L-Akkużat, li ismu ma jistax jixxandar minħabba li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja, tressaq quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo akkużat li xxaħħam, iffalsifika kitba privata u għamel dikjarazzjoni falza f’dokument pubbliku, f’dan il-każ, iċ-ċertifikat tal-VRT.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li r-rwol tal-akkużat kien li jassigura li l-vetturi identifikati minn qabel, ma jinstaqux fit-test lane. L-akkużat ma’ kellux il-password biex jaċċessa is-sistem tal-VRT.
Dakinhar li ġara l-każ in kwistjoni, jiġifieri fil-25 ta’ Jannar li għadda, karozza li kienet għaddiet mit-test instabet li kellha diversi nuqqasijiet tant li l-vettura ma tissodisfax il-kriterji ġenerali li jwasslu biex karozza tkun ċertifikata li għaddiet mill-VRT.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €10,000. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sergio Pisani. L-Avukati Marion Camilleri, Amadeus Cachia u Yanica Vidal dehru għall-akkużat.
//= $special ?>