Raġel mgħammed u armat b’sikkina daħal f’ħanut tal-ħwejjeġ u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 24 sena, residenti Birkirkara. Il-kaxxiera, li qed tistenna tarbija, ittieħdet lejn l-isptar Mater Dei wara x-xokk li soffriet u għall-osservazzjoni tat-tarbija.
Il-ħanut tal-ħwejjeġ jinsab fi Triq San Pawl, ir-Rabat, u l-hold-up sar għall-ħabta tas-18.30.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Farruġia Frendo LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>