Futbol Sport

L-aġent ta’ Rooney jinsab fiċ-Ċina biex jikkonkludi “deal miljunarju”

Aspettattiva kbira għas-sigħat li ġejjin

L-aġent tal-plejer ta’ Manchester United Wayne Rooney beda n-negozjati sabiex l-attakkant iħalli l-klabb Ingliż.

Paul Stretford, l-aġent ta’ Rooney, bħalissa jinsab fiċ-Ċina. Dalgħodu l-BBC u siti oħra fl-Ingilterra qed jirrappurtaw illi dan huwa biss l-ewwel pass biex l-attakkant Ingliż jitlaq lejn l-Asja b’kuntratt multi-miljunarju.

Bħalissa s-suq tat-trasferimenti fiċ-Ċina jinsab miftuħ, sat-28 ta’ Frar.

Il-BBC qed jgħid illi jekk Rooney ma jitlaq dan ix-xahar, bla dubju li jħalli l-klabb fis-Sajf.