Illejla fil-5:30pm se ssir iċ-ċerimonja li tagħti bidu għall-Karnival 2017. Din se ssir fi Pjazza Teatru Rjal fil-Belt Valletta.
Minn għada mbgħad jibdew il-kompetizzjonijiet taż-żfin fi Pjazza San Gorg filwaqt li madwar it-toroq tal-Belt Kapitali se jkun hemm l-isfilata tal-karrijiet, bir-Re tal-Karnival, karrijiet satiriċi, maskri grotteski u karrijiet tal-kumpaniji taż-żfin. Naturalment l-attivitajiet ikomplu tul il-ġurnata tas-Sibt biex imbgħad dakinhar filgħaxija se jitella’ l-Folklor tal-Karnival – programm li se jinkludi l-Qarċilla, wirja ta’ karettuni u karozzini, banda Maltija. Dan se jkun qed jitella’ fi Pjazza San Gorg.
Il-Ħadd filgħodu mbgħad se jkun hemm anke l-karnival f’lokalitajiet bħall-Ħamrun, biex wara nofsinhar fil-Belt Valletta se jkun hemm sfilata tal-karrijiet u spettaklu taż-żfin dejjem fi Pjazza San Gorg. Tasal il-ġurnata tat-Tnejn u se ssir parata minn diversi skejjel u gruppi taż-żfin
It-Tnejn wkoll fil-Forti Sant Anġlu se titella’ l-Qarċilla. Il-Qarċilla hu żwieġ umoristiku Malti. Naturalment kollox jilħaq il-qofol tiegħu fil-Floriana bil-Gran Defile , t-Tlieta 28 ta’ Frar.
//= $special ?>